Sport Sport Ieħor

Djokovic mingħajr diffikultà fit-tieni rawnd ta’ Wimbledon

(Ritratt: EPA)

Novak Djokovic beda jiddefendi t-titlu ta’ Wimbledon mirbuħ is-sena l-oħra b’rebħa ta’ 6-3, 7-5, 6-3 fuq Philipp Kohlschreiber. Djokovic li qed ifittex ir-rebħ tar-raba’ Grand Slam mill-aħħar ħames tournaments, kellu bżonn ftit aktar minn sagħtejn biex għadda għat-tieni rawnd.

Is-sid numru wieħed tad-dinja tilef logħba meta kellu s-service iżda rkupra u mar 4-1 minn fuq biex għalaq l-ewwel set. Kohlschreiber ħadem biex jirbaħ it-tieni set sakemm Djokovic kiseb il-11-il logħba tas-set u rebaħ il-logħba ta’ warajha biex ħa t-tieni set 7-5. Fit-tielet set, Djokovic kompla jisforza l-iżbalji fuq l-avversarju.

Il-finalist tas-sena l-oħra Kevin Anderson, ftit sab diffikultà biex rebaħ 6-3, 6-4, 6-2 kontra Pierre-Hugues Herbert, bil-Franċiż se jkun qed jilgħab ma’ Andy Murray fid-doppji tal-irġiel. Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena Felix Auger-Aliassime temm it-tamiet tal-Kanadiż Vasek Pospisil b’rebħa ta’ 5-7, 6-2, 6-4, 6-3.