Iż-żagħżugħa Cori Gauff ħolqot sorpriża kbira meta eliminat lill-ħames darbiet rebbieħa Venus Williams 6-4, 6-4. Gauff fl-età ta’ 15-il sena hi l-iżgħar tennista li għaddiet mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni u hi 24 sena mill-avversarja tagħha.
Williams kienet diġà rebħet erba’ mis-seba’ Grand Slams qabel Gauff twieldet, iżda ż-żagħżugħa Amerikana lagħbet bħal veterana. Hi tilfet darba logħba biss meta kellha s-service filwaqt li għamlet biss tmien unforced errors.
Jekk l-eliminazzjoni ta’ Venus Williams kienet sorpriża, daqstant ieħor kienet it-telfa ta’ Naomi Osaka li tilfet 7-6, 6-2 kontra Yulia Putintseva. Osaka, rebbieħa tal-Open tal-Istati Uniti u tal-Awstralja ġejja minn perjodu diffiċli fl-aħħar xhur u din il-logħba ma kinitx eċċezzjoni.
Din it-telfa fissret li Osaka saret l-ewwel tennista minn Martina Hingis fl-2001 li kienet sid numru wieħed jew tnejn u kienet eliminata. Putintseva tilgħab kontra Viktorija Golubic fit-tieni rawnd.
//= $special ?>