Lokali

Għadd ta’ briks jaqgħu fuq vann fil-Gżira

Arkivji

Ħadd ma weġġa’ meta minn fuq krejn waqgħu numru ta’ briks fuq trakk tax-xogħol fil-Gżira.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-14.30 fi Triq l-Imsida, b’kantuniera ma’ Triq il-Gżira.

Tagħbija ta’ briks kienet qiegħda tinħatt minn trakk meta, għal xi raġuni, it-tagħbija nqalgħet u waqgħet fuq it-trakk li kien mgħobbi b’boroż tas-siment.

Nies li raw ix-xena qalulna li t-trakk kellu ħsarat b’mod estensiv, tant li s-saqaf tal-kabina tas-sewwieq kienet kompletament mgħaffġa.