Raġel minn Ħal Qormi tilef ħajtu wara li spiċċa f’diffikulta hekk kif kien qed jgħum fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3.20pm meta għal xi raġuni l-vittma, Ġanni ta’ 75 sena, spiċċa f’diffikultà. Mill-ewwel indikazzjonijiet r-raġel ittella’ fuq il-blat u ngħata l-ewwel għajnuna minn persuni li kienu fuq il-post.

Dan filwaqt li ġew msejħa minnufih uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn sfortunatament aktar tard tilef il-battalja mal-mewt.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Natasha Galea Sciberras li sussegwentament fetħet inkjesta u qabdet numru ta’ esperti sabiex jgħinuha.
//= $special ?>