Lokali

Il-Ministru Evarist Bartolo iqarraq bil-midja filwaqt li l-MUT imħassba dwar il-benchmark

L-istudenti tas-sitt sena tal-primarja jibqgħu fin-nofs ta' dan kollu

Ġurnata oħra, u ma taqta’ xejn il-botta u risposta bejn l-MUT u l-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo.

Il-Ministru qed jibqa’ iwebbes rasu fuq l-eżamijiet tal-benchmark mingħajr ma jikkonsidra l-ħsara li kapaċi joħloq b’dawn id-deċiżjonijiet.

U issa….jiem wara li ħarġu l-proposti l-ġodda mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, il-Ministru qed jibqa’ jinsisti li dawn huma l-aħjar għażla għall-istudenti minkejja l-fatt li l-MUT qed toġġezzjona għal ħafna nuqqasijiet li fihom.

Net News staqsa lil Ministru Evarist Bartolo għaliex l-MUT ma ġietx konsultata qabel ħarġu l-proposti.

Iżda l-President tal-MUT, Marco Bonnici ikkonferma ma’ Net News illi… minkejja li kienet intbagħtet email li għandha ssir laqgħa ma’ Mark Borg, il-persuna li fasslet il-proposti…. huma ma kienux ingħataw data u ħin meta din il-laqgha kellha ssir.

Marco Bonnici qalilna li minkejja li kienet intalbet li ssir laqgħa, din il-laqgħa kienet se ssir wara li l-proposti kienu tlestew. Issa, jidher li l-pressjoni fuq Evarist Bartolo tant kibret li fl-aħħar sigħat l-MUT rċivew stedina għal laqgħa dwar dawn il-proposti … propju ftit siegħat biss wara li Net News ikkonfronta lil Ministru tal-Edukazzjoni dwar in-nuqqas tiegħu li jinvolvi lil MUT fid-deċiżjonijiet tal-benchmark.