Sadio Mane skorja doppjetta u għen lis-Senegal tikseb rebħa komda ta’ 3-0 fuq il-Kenja biex qatgħet passaġġ għal mal-aħħar 16. L-attakkant ta’ Liverpool kellu penalty fl-ewwel taqsima salvat mill-gowlkiper Patrick Matasi, b’Ismaila Sarr jiftaħ l-iskor fit-63 minuta.
Il-plejer ta’ Liverpool irdoppja l-iskor fil-71 minuta u wara li l-Kenja spiċċat b’għaxar plejers għat-tieni karta safra ta’ Philemon Otieno, Mane għamilhom 3-0 ftit sekondi wara. Is-Senegal tilgħab mal-aħħar 16 kontra l-Uganda. Il-Kenja għadha tista’ tikkwalifika bħala wieħed mill-aħjar erba’ timijiet li spiċċaw it-tielet iżda jiddependi minn riżultati fi Gruppi E u F. Żgur li l-Kongo kkwalifikat minn Grupp A minħabba differenza ta’ gowls aħjar.
F’logħba oħra l-Kosta tal-Avorju wkoll ikkwalifikat iżda b’rebħa ta’ 4-1 fuq in-Namibia. Max-Alain Gradel fetaħ l-iskor fid-39 minuta b’xutt mill-ewwel qabel awto-gowl ta’ Ryan Nyambe fit-58 minuta għamel l-iskor 2-0.
Joslin Kamatuka daħħal lin-Namibia fil-logħba fil-71 minuta sakemm il-plejer ta’ Crystal Palace Wilfried Zaha għalaq il-logħba b’xutt bil-lemin wara li qata’ għan-nofs mix-xellug, biex Maxwel Cornet skorja r-raba’ gowl. In-Namibia spiċċat fl-aħħar post fil-grupp, tliet punti wara l-Afrika ta’ Isfel li tilfet kontra l-Marokk 1-0 bil-gowl rebbieħ ġie skorjat minn Mbark Boussoufa fid-90 minuta.
Riżultati
Grupp Ċ: Kenja v Senegal 0-3, Tanzania v Alġeija 0-3
Grupp D: Namibia v Kosta tal-Avorju 1-4, Afrika ta’ Isfel v Marokk 0-1
Logħob li jmiss
Grupp E: Angola v Mali 9.00pm, Mauritania v Tuneżija 9.00pm
Grupp F: Benin v Kamerun 6.00pm, Guinea-Bissau v Ghana 6.00pm
//= $special ?>