Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara waqgħa ta’ madwar sular u nofs

Raġel ta’ 20 sena qed isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular u nofs.

Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9.30 ta’ dalgħodu fl-Iskola Primarja tal-Fgura, fi Triq il-Kitba, waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fuq scaffolding.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel mill-Guinea l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi f’rasu.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.