Il-maġġoranza tal-piloti li jiffurmaw parti mill-ALPA, avżaw li l-linja tal-ajru l-Air Malta bdiet azzjonijiet industrijali għax il-Gvern baqa’ ma daħalx f’diskussjoni magħhom dwar il-Ftehim Kollettiv.
L-azzjonijiet industrijali daħlu fis-seħħ mil-lum f’nofs il-lejl, fejn it-titjiriet kollha tal-Air Malta se jitilqu tletin minuta iktar tard mill-ħin skedat.

Il-piloti m’humiex kuntenti b’numru ta’ kundizzjonijiet li jeżistu fil-Ftehim Kollettiv, fosthom skedi tax-xogħol, in-nuqqas ta’ bdoti fiż-żieda fit-titjiriet matul is-sajf u l-kwistjonijiet ta’ leave – Dan filwaqt li sorsi fi ħdan il-piloti qed jgħidu li dan kollu qed jinqala’ wara li l-Gvern laħaq ftehim mal-linja tal-ajru Ryanair biex tibda topera minn Malta taħt l-isem MaltaAir – Deċiżjoni tal-Gvern li qed titfa dubji serji fuq il-futur tal-linja nazzjonali tal-ajru.
L-ALPA qed titlob ukoll garanzija fuq skema ta’ rtirar bikri, skema ta’ kważi 700,000 ewro fl-età ta’ 55 – il-Piloti qed jitolbu li din is-somma tiġi mħallsa anke jekk tfalli l-AirMalta.
Intant, f’post fuq twitter, il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi rrefera għat-talbiet tal-ALPA bħala “redikoli”.
