Parlament

Joseph Muscat qed jaqsam ma’ Keith Schembri minn 17 Black

  • Jason Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi sostna li l-Prim Ministru Joseph Muscat qed jaqsam mal-Kap tal-Uffiċċju tiegħu f’Kastilja Keith Schembri minn 17 Black.

Fil-parlament Jason Azzopardi qal li l-Oppożizzjoni qed tingħata raġun fuq diversi aspetti fosthom il-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti u l-liġi dwar is-separazzjoni tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali għaliex din il-liġi mhux se tirrispetta dak li qalet il-Kummissjoni Venezja.

L-Oppożizzjoni ngħatat raġun ukoll meta qalet li r-regoli tal-industrija tal-bini kienu ħżiena biex issa l-Gvern se jkollu jibdel dawn l-istess regoli ġodda. Ebda pajjiż tal-UE fl-aħħar 40 sena ma kellu rapport li jħammar il-wiċċ bħar-rapport li nħareġ kontra l-Gvern Laburista mill-Kunsill tal-Ewropa.

F’Jannar tal-2018 l-gvern ta struzzjonijiet lill-membri tiegħu biex jgħidu li d-deputat Olandiż Pieter Omtzgit ma kellux jinħatar biex jagħmel ir-rapport dwar Malta. Huma kienu ivvotat kontra. Il-ġimgħa li għaddiet deputat Laburista Ingliż qal li kien tal-mistħija li sar assassinju tal-karattru fuq Peter Omtzigt.

Id-deputat Nazzjonalista qal li inutli l-gvern jgħid li se jdaħħal liġijiet dwar il-kontroll tal-kriminalità finanzjarja minħabba li hemm tliet persuni viċin Kastilja li għandhom ikunu investigati. Ir-rapport jgħid li l-Ministru Mizzi, Keith Schembri u Brain Tonna jgawdu l-protezzjoni tal-gvern.

Katsilja ta ordni lill-ambaxxati kollha biex jipprovaw jikkonviċu lir-rapprentanti tagħhom biex jivvotaw kontra dan ir-rapport. Anki fil-Mongolja kien hemm ir-riżenji fuq il-Panama Papers. Il-Prim Ministru qed jaqsam ma’ Keith Schembri minn fuq 17 Black, sostna Jason Azzopardi, li kompla li kien imbarazzanti kif l-Ażerbajġan biss li ddefenda lill-gvern Malti fil-Kunsill tal-Ewropa.. Dan meta l-Ażerbajġan hu l-aktar pajjiż korrott fl-Ewropa.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern Laburista m’għamel l-ebda oġġezzjoni fir-rapport għal 17 Black, għall-każ ta’ Jurgen Fenech, għar-riferenza għal Nexia BT u għall-każ ta’ Adrian Hillman.

Jason Azzopardi qal li fil-Qorti, tliet ministri tal-gvern ikkwotaw mill-inkjesta Egrant meta din mhix pubblika. Dan m’għadux pajjiż normali għaliex dak li hu ħażin sar tajjeb. Dwn it-tliet ministri gidbu meta fil-parlament qalu li mhux veru qed jikkwotaw mill-inkjesta Egrant fil-pubbliku. Ir-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa jgħid li l-FIAU għandha reputazzjoni ħażina għax f’Malta l-Prim Ministru jista’ jkeċċi lill-Kummissarju tal-Pilizija. Dwar dan il-gvern Malti ma kritika xejn mir-rapport..

Jason Azzopardi qal li l-gvern kien qed jgħid li ma jistax jagħmel inkjesta indipendenti għaliex din timminna l-investigazjzonijiet kirminali iżda issa l-Kunsill tal-Ewropa ordna li fi żmien tliet xhur il-Prim Minstru jrid jagħmel inkjesta pubblika. Id-deputati Maltin ipprovat jgħidu li l-liġijiet Maltin ma jipprovdux għal inkesta pubblika iżda dan mhux veru. Inkejsta pubblika tinvestiga l-mottiv wara l-qtil ta’ Caruana Galizia meta inkesta kriminali dan am tagħmlux. Inkejsta pubblika tinvestiga wkoll jekk il-qtil seta’ ikun evitat u tiddetermina responsabbiltà politika.

Jason Azzopardi qal li l-kriminali u l-korrotti jisnabu f’Kastilja u sostna li Joseph Muscat qed jibża’ mill-verità.