Dawk li dalgħodu se jżuru lil Kemmuna, b’mod speċjali għexieren ta’ turisti, se jsibu jilqagħhom bastiment bil-krejnijiet.
Dan hekk kif xogħol li ilu li nħass il-bżonn tiegħu fuq il-moll ta’ Kemmuna, l-awtoritajiet iddeċidew li jibdewh fl-1 ta’ Lulju, fl-eqqel tas-sajf.
Dawk li tkellmu ma’ dan is-sit spjegaw li x-xogħol mhux mistenni jitlesta sa tmiem il-ġimgħa, fejn mijiet ta’ Maltin u barranin jaqsmu lejn din il-gżira.
//= $special ?>