- Edwin Vassallo, PN
Id-deputat Nazzjonalsta Edwin Vassallo qal li fil-pajjiż m’hawnx is-sorveljanza neċessarja fis-setturi tal-biedja u r-raħħala.
Edwin Vassallo qal fil-parlament li l-gvern qed jgħin b’45% biss tan-neqfa lil dawk is-sidien tas-serer li tilfu s-serer fl-aħħar maltempata. Il-Gvern ma ħax din l-okkażjoni biex jgħinhom b’iktar.
Il-gvern qed ikun insesittiv għaż-żgħir iżda mal-kbir il-gvern qed ikun ħali. L-applikazzjonijiet ukoll kienu diffiċli biex jimtlew, sostna Edwin Vassallo, li qal li hawn numru żgħir ta’ bdiewa fil-pajjiż u jekk dan mhux se jsir minn hawn u ħames snin oħra se jispiċċa għaliex ħafna bdiewa llum huma ta’ 60snea.
Hu tkellem dwar is-sajjieda u qal li l-gvern mhux jisma’. Is-sajjieda jkunu f’ibħra nternazzjonali b’dgħajjes li jingħarfu u jistadu għat-tonn jew il-pixxispad iżda jinqabad it-tonn mal-pixxispad. Meta jiġri dan is-sajjieda jkollhom jarmu t-tonn il-baħar meta dan ikun mejjet. Hu apella biex dan it-tonn jitħalla jiddaħħal l-art
Edwin Vassallo kompla li s-sajjieda Maltin jaraw dinghies tas-suldati li jmorru jfittxu lil dawn is-sajjieda meta dawn ma jkunu qed jagħmlu xejn ħażin.
Hu tkellem dwar is-sussidju fuq id-diesel iżda issa l-gvern irrakkomanda li issa s-sajjieda bilfors iridu jixtru l-fuel mingħand l-OMBC iżda meta jixtru mingħand il-privat is-sajjieda jiffrankaw u jieħdu s-sussidju. Mill-OMBC l-preezz hu ogħla Is-sajjieda jkunu jafu l-prezz mill-OMBC ġimgħatejn wara li jkunu ħaduh.
Edwin Vassallo tkellem dwr l-irziezet tattiġieġ u qal li llum qed jinġieb bajd minn barra u jinbiegħ bħala bajd ta’ Malta. Fil-pajjiż m’hawnx sorveljanza f’dan is-settur, sostna Edwin Vassallo li kompla li n-nuqqas ta’ sorveljanza seħħ anki fl-industrija tat-tonn. Sadattant, il-bdiewa li applikaw għas-siġar tat-tin spiċċaw biex ħadu biss qasira b’werqa u flok ingħataw kemm applikaw għalihom ingħataw biss siġra waħda żgħira f’qasrija.
//= $special ?>