Atletika Sport

Semenya tgħid li hi mkissra mentalment u fiżikament minħabba l-każ dwar il-livell ta’ testosterone

Caster Semenya qalet li l-każ twil dwar il-livell ta’ testosterone fl-atleti femminili kissirha mentalment kif ukoll fiżikament. Minkejja d-diffikultajiet li għaddiet minnhom, Semenya sostniet li se tibqa’ tissielet kontra r-regoli ordnati mill-IAAF.

Ir-rebbieħa Olimpika u tad-dinja fit-800 metru qalet li mhux se ttellaq fil-Kampjonati tad-Dinja jekk titlef l-appell tagħha. Hi reġgħet rebħet it-800 metru l-Ħadd li għadda fid-Diamond League f’California.

“Jekk mhux se niġri t-800 metru, mhux se niġri fil-Kampjonati tad-Dinja. L-għanijiet tiegħi huma li niddefendi t-titlu mondjali. Jekk mhux se nitħalla nikkompeti mhux se nitħalla lanqas fl-1500 metru, xejn. Nieħu vaganza u nirritorna s-sena d-dieħla,” qalet Semenya.

Tags