Surġent li kien għaddej bir-ronda tiegħu f’Baħar iċ-Ċagħaq nhar il-Ġimgħa li għadda nnota xi ħaġa mhux tas-soltu. Waqt li kien għaddej fi Triq il-Kosta hu ra gawwija li kienet tidher wisq għajjiena biex ittir.
Il-Surġent PS 290 waqaf u assista l-għasfur billi mexxiha lejn ġenb it-triq. Hekk kif ikkonferma li ma kinitx tinsab fil-periklu tal-karozzi għaddejjin, hu taha ftit ilma u baqa’ jsegwiha sakemm ġew pulizija ta’ ALE.
Ma kienx jidher li l-gawwija kienet qed issofri minn xi feriti, madanakollu ttieħdet għand veterinarju biex ikunu ċerti li m’għandha xejn.
//= $special ?>

