Fi stqarrija li ħareġ il-Partit Nazzjonalist, permezz tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Affarijiet Barranin, Carmelo Mifsud Bonnici u s-Segretarja Internazzjonali tal-PN, Roselyn Borg Night, qal li filwaqt li jinnota li diversi pajjiżi huma attivi ħafna diplomatikament sabiex tinsab soluzzjoni fil-Libja jirreġistra l-abbandun totali ta’ pajjiżna.
L-aħbar ta’ dawn l-aħħar jiem li Fajez Serraj jinsab għal darb’oħra fl-Italja jiddiskutiu jikkonsulta mal-Gvern Taljan għandha timmarka iktar dan il-fatt. Għandha turi li m’aħniex ikkunsidrati aktar rilevanti u għalhekk ma nistgħux nkunu parti mis-soluzzjoni importanti lejn l-paċi u d-demokrazija, qalet din l-istqarrija.
Il-Partit Nazzjonalista jrid jfakkar li f’dawn il-jiem wara l-eventi li bdew fl-4 ta’ April, qed jikber b’mod perikoluż l-ispazju għall-gruppi terroristiċi. Sitwazzjoni li m’għandniex nittolleraw u nistennew fil-ġenb qisu mhu qed jiġri xejn. In-nuqqas ta’ ħidma attiva u diplomatika tagħna għalhekk huwa żball strateġiku għalina u l-politika Mediterranea.
Il-Partit Nazzjonalista jfakkar li fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti dan il-pajjiż kien dejjem miżmum għoli fil-prijoritajiet. Ifakkar ir-rabtiet storiċi, soċjali u bilaterali li kellna. Dejjem rajnieh bħala pajjiż ħabib u determinanti fit-tkabbir ekonomiku tagħna u tar-reġjun. Proprju għalhekk li l-Partit Nazzjonalista jappella sabiex immedjatament jittieħdu l-passi u l-miżuri effettivi biex ngħinu kemm nistgħu fil-ħidma diplomatika tagħna biex l-partijiet jiġu madwar il-mejda tal-ftehim, kompliet tgħid l-istqarrija.
Ma nistgħux nibqgħu nassistu għal dan l-abbandun għax ilkonsegwenzi se jaffettwaw il-futur tagħna. Pajjiżna kien dejjem determinanti u hija ħasra milliktar kundannabbli li m’aħniex aktar, temmet tgħid din l-istqarrija.
//= $special ?>