Kmieni it-Tlieta , għall-ħabta tal-erbgħa ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi stabbiliment tal-ikel fi Triq San Ġorġ, f’San Ġiljan.
Il-Pulizija tad-Distrett marret fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li għal xi raġuni qam argument bejn Ingliż ta’ 34 sena u Malti ta’ 24 sena.
Jidher li l-Malti, li joqgħod is-Swieqi allegatament ġie aggredit waqt l-argument u sofra ġrieħi.
Wara li ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. L-Ingliż qed jinżamm mill-Pulizija filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
//= $special ?>