Il-Ġermaniża Ursula von der Leyen qed tissemma’ bħala l-persuna li tista’ tintgħażel biex tkun hi fit-tmun tal-Kummissjoni Ewropa. Dan wara li diversi mexxejja Ewropej baqgħu jopponu b’saħħa għas-Soċjalista Frans Timmermans.
Von der Leyen hi politiku li ġejja mill-familja tal-EPP, u għal dawn l-aħħar snin serviet bħala l-Ministru tad-Difiża fil-Ġermanja.
Hi għandha relazzjoni mill-qrib mal-President Macron, u dan il-fatt jista’ jgħin mhux ftit biex l-għażla taqa’ fuqha.
Is-summit tal-UE għadu għaddej f’dawn il-ħinijiet.
