Lokali

Jeħilsuha ħafif wara ħabta bejn 3 vetturi

Żewġ persuni jistgħu jgħodduha b’waħda wara li seħħet ħabta frontali bejn żewġ vetturi.

Il-każ seħħ ftit qabel 16.00pm f’Ta’ Xbiex, meta għal xi raġuni Citroen C4 misjuqa minn raġel ta’ 34 sena minn Ta’ Xbieb stess kellha mpatt ma’ Citroen Nemo ġejja mid-direzzjoni opposta u Peugeot 309 pparkjata.

Ta’ min wieħed jinnota wkoll li l-ħabta seħħet ftit metri bogħod minn stabbiliment li kellu l-imwejjed u s-siġġijiet barra.