Sport Sport Ieħor

Keith ‘Speed’ Azzopardi jirbaħ it-tieni titlu mondjali tal-World Kickboxing Network f’ġimagħtejn

(Ritratt: Martin Agius)

Wara biss ġimagħtejn li l-atleta Keith ‘Speed’ Azzopardi ġie nkurunat champion tad-dinja fi Franza, hu sar l-ewwel kickboxer Malti fl-istorja li rebaħ żewġ titli importanti f’ġimagħtejn. Dan wara li għeleb lil Qurban Hosseini waqt Gladiators Fight Night XXIII is-Sibt li għadda biex rebaħ it-titlu dinji PRO K1 tal-World Kickboxing Network.

Fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin, Azzopardi ġġieled bout ta’ ħames rawnds ta’ tliet minuti kull wieħed, bil-kickboxer Malti jattakka l-avversarju għal ħafna mill-ġlieda.

Kien fit-tieni rawnd fejn Keith ‘Speed’ Azzopardi laqat lil Hosseini bi ‘flying knee’ u hawn ir-referee beda jgħodd l-għaxar sekondi kontra Hosseini. Dan serva ta moral kbir għat-tim Malti fejn avolja Hosseini qam fuq saqajh u kompla l-ġlieda, Azzopardi kompla jiddomina l-bqija tal-bout b’teknika eċċellenti.

Wara l-ġlieda, Azzopardi qal li dan għadu biss il-bidu u qiegħed iħares lejn futur ikbar filwaqt li jkompli jitħarreġ u jikkompeti f’isem pajjiżna.

Riżultati kollha tat-23 edizzjoni

1. Marley Banner ta’ Jalen Kickboxing Club għeleb lil Jacov Bosnjak ta’ Kibishii Mitchii Kickboxing Club (Kickboxing)

2. Yorik Bonnici ta’ Basement Kickboxing Club għeleb lil Mark Ellul ta’ Team Noel Kickboxing Club (Kickboxing)

3. Steve Galea ta’ Team Noel Kickboxing Club rebaħ kontra Malta Thai Boxing Club (K1)

4. Jean Luca Muscat ta’ Team Noel Kickboxing Club rebaħ Jacov Bosnjak ta’ Kibishii Mitchii Kickboxing Club (Kickboxing)

5. Bion Urry ta’ Kibishii Mitchii Kickboxing Club għeleb lil Kris Debono ta’ Team Noel Kickboxing Club (K1)

6. Dalian Dawody ta’ Team Sweden rebaħ kontra Simone Tuccitto ta’ Team Noel Kickboxing Club (K1)

7. Yassir El Badr ta’ Kibishii Mitchii Kickboxing Club għeleb lil Francesco Spinelli ta’ Team Italy (K1)

8. Julian Mangion ta’ Team Noel Kickboxing Club rebaħ it-titlu nazzjonali tal-MKBA wara li għeleb lil Jaid Agius ta’ Jalen Kickboxing Club (K1)

9. Brandon Spiteri ta’ Team Noel Kickboxing Club għeleb lil Philip Kruse ta’ Team Sweden (K1)

10. Ritmay Spiteri ta’ Basement Kickboxing Club Malta rebħet kontra Ira Martina ta’ Team Italy (Kickboxing)

11. Alex Horvath ta’ Kibishii Mitchii Kickboxing Club għeleb lil Matteo Zapparata ta’ Team Italy (K1)

12. Jesred Piscopo ta’ Team Noel Kickboxing Club għeleb lil Eugenio Paladiev ta’ Team Italy (K1)

13. Milos Anic ta’ Jalen Kickboxing Club Malta rebaħ kontra Enrico Scazzi ta’ Team Italy (K1)

14. Faris Lukovic ta’ Fort Fitness Club Malta rebaħ kontra Carmelo Santostefano ta’ Team Italy (K1)

15. Pia Peters ta’ Team Germany rebħet it-titlu Ewropew tal-K1 tal-WKN wara li għelbet lil Diane Schembri ta’ Team Noel Kickboxing Club (K1)

16. Keith ‘Speed’ Azzopardi ta’ Team Noel Kickboxing Club rebaħ it-titlu dinji PRO K1 tal-WKN b’rebħa kontra Qurban Hosseini ta’ Team Germany/Afghanistan (K1)