Dalgħodu fetaħ uffiċjalment il-Parlament Ewropew bl-ewwel sessjoni fi Strasburgu titmexxa mill-President uxxenti Antonio Tajani.
Wara l-elezzjonijiet Ewropej fit-28 stat membru f’Mejju, li fihom ivvutaw 51% tal-votanti, il-Parlament Ewropew il-ġdid ġie kkostitwit bl-għola proporzjon li qatt kien hemm ta’ membri ġodda (61%) u aktar nisa membri mid-darba preċedenti (40% filwaqt li dan kien ta’ 37% fl-2014).
L-iżgħar MEP hija Kira Marie Peter-Hansen mid-Danimarka (21) and l-aktar anzjan huwa Silvio Berlusconi mill-Italja (82).
Il-Parlament il-ġdid huwa kompost minn 7 gruppi politiċi – wieħed inqas mil-leġiżlatura ta’ qabel. L-MEPs li għadhom ma ngħaqdux ma’ grupp politiku huma elenkati bħala ‘mhux allinjati’, iżda fi kwalunkwe mument jistgħu jingħaqdu ma’ grupp.
Mill-2009, skont ir-regoli ta’ proċedura tal-Parlament, grupp politiku għandu jikkonsisti minn ta’ l-inqas 25 membru li jkunu ġew eletti f’mill-inqas 7 stati membri
//= $special ?>