Wara li lbieraħ filgħaxija tħabbar b’mod uffiċjali li nkisbet il-firma tal-midfielder ta’ 27 sena Kevin Tulimieri, illum Valletta ħabbru l-akkwist tal-midfielder Douglas Packer. Il-midfielder ta’ 32 sena ffirma kuntratt sa tmiem l-istaġun.
Il-Brażiljan fil-passat kien fuq il-kotba ta’ Juventus u Siena u fl-aħħar snin lagħab fil-Brażil filwaqt li fl-Italja Packer lagħab ukoll ma’ Pescara u Ravenna. Packer kapaċi jilgħab ukoll bħala midfielder aktar avvanzat u mistenni jkun fl-iskwadra ta’ Valletta li l-ġimgħa d-dieħla tilgħab kontra Dudelange fl-ewwel rawnd tal-UEFA Champions League