Futbol Sport

Ylenia Carabott b’mod permanenti ma’ Birkirkara

Wara li għamlet l-istaġun li għadda b’self, Ylenia Carabott ingħaqdet b’mod permanenti ma’ Birkirkara mingħand Hibernians. Carabott li hi fost l-aqwa talent fil-futbol tan-nisa u matul iż-żmiem stabilixxiet ruħha bħala attakkant perikoluża.

Fl-istaġun li għadda Carabott skorjat 12-il gowl f’24 logħba, bl-aktar wieħed ta’ valur probabbilment kien dak ta’ madwar sena ilu meta skorjat fit-tielet logħba mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni taċ-Champions League kontra Cardiff Met ta’ Wales. Il-logħba ntemmet 2-2, riżultat li fisser l-ewwel punt ta’ Birkirkara fil-kompetizzjoni.

Dan l-akkwist isegwi dawk tal-gowlkiper Maya Cachia, Martina Cortis u Martina Fenech.