Lokali

Anzjan jittajjar u jsofri ġrieħi gravi f’Birkirkara

Għall-ħabta tal-10.30am anzjan ta’ 84 sena sofra ġrieħi gravi hekk kif ittajjar minn ġuvni ta’ 27 sena f’Birkirkara.

L-inċident seħħ fi Triq John Borg, b’numru ta’ pulizija u tim mediku marru fuq il-post biex jassistu lill-anzjan. Hu ttieħed minnufih l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Għad mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident filwaqt li l-investigazzjoni tal-Pulizija għadhom għaddejjin.