Huwa David Maria Sassoli il-President il-ġdid tal-Parlament Ewropew.
Hu se jkun qed jassumi din il-kariga b’mod immedjat ghas-sentejn u nofs li ġejjin. Sassoli jieħu din il-kariga mingħand il-President preżenti Antonio Tajani.
Hu-ġie elett fit-tieni rawnd ta’ votazzjonijiet li saret illum fi Strasburgu.

Sassoli ilu 10 snin Membru Parlamentari Ewropew u ġej mill-grupp tas-Soċjalisti.
Qabel ma ġie elett MEP hu kien ġurnalista mal-istazzjon Taljan RAI.
//= $special ?>