Lokali

Facebook, Instagram u WhatsApp qed jagħtu l-problemi

Nies li bħalissa qed jużaw Facebook, Instagram u WhatsApp qed isibu diversi problemi.

Il-problemi bdew wara nofsinhar hekk kif ċertu affarijiet fuq dawn it-tliet midja soċjali m’humiex jaħdmu sew, fosthom ir-ritratti li mhux jidhru.

Is-sit DownDetector beda jirraporta li għal ħabta tat-3 ta’ wara nofsinhar bdew il-problemi.

Il-maġġoranza tan-nies li rraportaw dwar Instagram, il-maġġoranza ta’ madwar 82% irraportaw problemi f’NewsFeed. Minn naħa l-oħra, dawk li rraportaw fuq Facebook sabu l-iktar problemi bir-ritratti. Dawk li qed jużaw WhatsApp qed isibuha diffiċli jirċievu messaġġi fuqu.

Il-postijiet affetwati huma b’mod speċjali fl-Ewropa u fl-Istati Uniti