Għall-ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu, il-Pulizija tal-Għassa ta’ Ħal Luqa, irċeviet rapport mingħand żagħżugħ ta’ 21 sena li joqgħod Santa Venera li safa aggredit minn żewġt irġiel mhux magħrufa.
Minn investigazzjonijiet preliminari li saru, irriżulta li l-każ seħħ għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħaxija fil-grawnd tal-futbol fi Triq il-Knisja, Raħal Ġdid.
Jidher li r-raġel kien fil-vettura tiegħu meta għal xi raġuni ġie avviċinat minn żewġt irġiel li allegatament aggredewh. Il-vittma sofra xi ġrieħi u għaldaqstant irrikorra ġewwa l-eqreb Ċentru tas-Saħħa għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.
Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha dwar dan il-każ.
//= $special ?>