Sitwazzjoni tal-biki…għaddejjin minn martirju kbir. Hekk stqarrew diversi bdiewa li għandhom ir-raba’ tagħhom viċin il-Pont taċ-Ċawsli f’Burmarrad.
F’Novembru li għadda ġġarrfu partijiet minn dan il-pont kawża tal-maltemp, fejn imbagħad fi Frar li għadda l-aċċess għal dan il-pont spiċċa ngħalaq għal kollox. Konsegwenza ta’ dan, il-bdiewa li għandhom l-għelieqi tagħhom f’dawn l-inħawi, mhux qed ikollhom aċċess, lanqas bil-pass.
Tkellimna ma’ wieħed mill-bdiewa, Pawlu Abela, illi qasam magħna dak li qed ikollu jgħaddi minnu ta’ kuljum. Huwa qal li jistenna li tittieħed azzjoni immedjata biex tal-inqas sax-xitwa l-kwistjoni tissolva.
Fil-madwar ta’ dan il-pont hemm ukoll sit protett li possibilment jinqered. Però, kien hemm diversi għaqdiet ambjentali li oġġezzjonaw għal dan.
Hemm ukoll numru ta’ siġar taċ-ċawsli li jinsabu fi stat ta’ abbandun, dan għaliex mhux qed jinżabru.
Bidwi ieħor tenna d-dispjaċir u l-inkwiet tiegħu li minħabba l-fatt li l-progett se jgħolli l-livell tat-triq b’żewġ filati, dan se joħloq inkonvenjent kbir għalih għaliex l-ilma tax-xita se jispiċċa jidħollu ġewwa. Huwa saħaq li bhala parti mix-xoghol, seta’ facilment sar culvert mal-ġenb tat-triq u titbaxxa b’erba’ pulzieri u mhux jinholoq dan l-inkonvenjent kollu għal dawn il-bdiewa.
//= $special ?>