Lokali Parlament

Il-gvern ma ppreżentax riforma fis-settur tal-kirjiet…din il-liġi mhix biżżejjed

Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder qal li fl-abbozz dwar il-kirjiet il-gvern ma ppreżentax ir-riforma meħtieġa fis-settur tal-kirjiet u sostna li din il-liġi mhix biżżejjed.

Karl Gouder qal li l-abbozz ta’ liġi dwar il-kirjiet mhux riforma u lanqas hu abbozz li se jbiddel il-ħajja tan-nies ta’ madwarna. Jeħtieġ li l-ewwel ikunu mifhmuma l-problemi tan-nies, sostna Karl Gouder, li tkellem dwar id-drittijiet tas-sidien u tal-kerrejja. Il-miżuri għandhom jassiguraw li ma jbati ħadd.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-uniku ħaġa tajba mil-liġi hi li se tara li kull min għandu jħallas it-axxa jħallasha iżd mhux se tiżgura kjarezza jew standards. Hu qal li kirja ta’ sena ma tagħti l-ebda serħan il-moħħ.

L-akbar problema li hawn fil-pajjiż hi li hawn numru kbir ta’ persuni li ma jistgħux iħallsu l-kirjiet. Dan hu riżultat ta’ falliment fis-settur tad-djar soċjali biex dawk li qed batu l-iktar ikollhom soluzzjonijiet.

Karl Gouder kompla li dawn in-nies li qed ibatu ma ngħatawx l-attenzjoni meħtieġa u l-bidliet li qed isiru mhux se jsolvu dawn il-problemi. Hu qal li fl-aħar sitt snin il-gvern għażel li jibbaża l-ekonomija fuq il-barranin bla jkun hemm valur miżjud. Dan in-numru kbir ta’ nies li ġew jgħixu f’Malta wassal biex il-prezzijiet tal-kirjiet splodew ‘il fuq. Bħalissa dawn il-barranin qed jaħdmu iżda fis-snin li ġejjin jista’ jun hemm problemi ħafna iktar minħabba li diġa hemm prolema fit-turisti li qed jaslu Malta.

Karl Gouder tkellem dar is-settur tal-kostruzzjoni u qal li jekk dan is-ettur inaqqas allura se jkun hemm problemi minħabba l-ammont kbir ta’ ħaddiema barranin li huma impjegati f’dam is-settur. Issa qed jinħassu l-effetti tan-nuqqas ta’ attenzjoni li ta dan il-gvern lil dan is-settur biex issa bilfors irid idaħħal l-istandards meħtieġa. Hawn min qed ikollu jitlaq minn djaru minħabba l-problemi kbar li qed jinħolqu.

Karl Gouder qal li hu tajjeb li jkun hemm kontrolli fuq il-kirjiet u fuq il-perjodu tal-kirjiet. Il-mudell ekonomiku li l-gvern għażel li jmru għalih se jġib problemi kabr fil-pajjiż,