Ewropa Internazzjonali

Il-Maġistrat ta’ Agrigento jeħles lil Carola Rackete

Wara ġurnata twila, il-kaptan tal-vapur Sea Watch 3 ġiet liberata mill-Qorti ta’ Agrigento. Dan wara saga sħiħa li rat lill-kaptana Carola Rackete tisfida lill-awtoritajiet Taljani u tibqa’ dieħla b’saħħa fil-port ta’ Lampedusa.

Rackete qattgħet erbat ijiem arrestata. Malli inħelset mill-Maġistrat ta’ Agrigento, hi esprimiet ruħha kommossa ferm, għas-sostenn li sabet mingħand bosta persuni.

“Din hi rebħa għal min irid jgħin lin-nies f’diffikulta'”, qalet Rackete.

Il-Maġistrat, fid-deċiżjoni tiegħu, sostna li l-kaptan aġixxiet biex issalva lill-immigranti li kienu bejn ħajja u mewt – immigranti li issa jinsabu f’Lampedusa.