-Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Parlament David Agius
Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Parlament David Agius qal li l-politiċi għandhom juru d-direzzjoni fil-pajjiż
Fl-Aġġornament tal-parlament David Agius qal li qal li Rużar Briffa kien jistaqsi ‘fejn sejrin?’ u qal li l-poplu jrid jieqaf u jaħseb fejn sejjer u x’direzzjoni qabad. Hu semma’ l-elezzjonijiet r-rebħiet tal-PL u qal li l-politiċi għandhom id-dmir li jaraw fejn irid jasal il-poplu billi jfassal politika ċara għal dan il-pajjiż.
Il-Viċi-Kap tal-PN staqsa lill-poplu jekk hux kuntent bit-trasport, bit-traffiku, bis-settur mediku, bl-ambjent, bl-10,000 permess f’sena fl-ODZ u UCA, bil-kostruzzjoni bla rażan, bi żvilupp bla rażan u bin-nuqqas ta’ pjan fl-edukazzjoni.
Il-politiċi ma jistgħux jinsew il-bżonnijiet tal-poplu, sostna David Agius, li kompla li d-deputati għandhom jagħtu l-eżempju. Fil-pajjiż mhux kulħadd għandu jagħmel li jrid u għandu jkun hemm id-dixxiplina.
David Agius kompa li l-politika għandha tinċentiva l-bżulija u qal li l-politiċi għandhom jitħabtu kontra min jaħseb li għandu xi dritt li jistgħana billi jkisser lil ħaddieħor. Id-deputat Nazzjonalista kompla li s-settur tal-kostruzzjoni jinsab f’diffikultajiet għaliex il-gvern hekk ħalliet. Id-deċiżjonijiet li ttieħdu ma jserrħu ras ħadd.
L-Oppożizzjoni qed tappella lill-gvern biex jitħarsu l-emendi neċessarji biex jitħarsu d-drittijiet ta’ dawk li jgħixu viċin siti tal-kostruzzjoni. Il-gvern għandu jisma dak li qed jgħidu l-kmara takl-periti u l-MDA. L-opportunitajiet għandhom jibqgħu hemm iżda għandha tissaħħaħ is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Ir-residenti għadu jkollhom is-salvagwardji kollha neċessarji.
David Agius qal li l-gvern għadu m’għamel xejn dwar is-serq fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Il-Qorti wkoll qed tiddeċiedi li l-affarijiet mhux isiru sew fl-Awtorità tal-Ippjanar. Dwar is-Central Link Project, hu qal li saru 7 pjanti ġodda meta diġà hemm l-applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar. Hu appella biex dan il-proġett isir sew anki minħabba l-aspett storiku ta’ kappella antika li hemm fiż-żona.
//= $special ?>