Lokali Turiżmu

L-AirMalta takkuża lill-bdoti li l-azzjoni tagħhom fissret €250,000 fi spejjeż

30 minuta dewmien fit-titjiriet iwassal għal eluf ta' spejjeż għal Air Malta

L-azzjoni industrijali mill-Unjoni tal-Piloti (ALPA) li saret it-Tnejn l-għadda swiet lil Air Malta bejn €200,000 u €250,000 fi spejjeż. Dan ġie żvelat f’rapport li ġie ppubblikat bi prominenza mill-MaltaToday.

L-azzjoni li ttieħdet kienet li kull titjira titlaq 30 minuta tard, bil-Qorti ordnat dakinhar stess biex titwaqqaf minnufih b’mod temporanju.

Minkejja li 30 minuta jidhru dewmin ta’ ftit minuti, il-problema kibret meta diversi passiġġieri kellhom titjiriet oħra li jsegwu destinazzjonijiet oħra. Dan wassal biex il-kumpanija kellha tieħu azzjonijiet alternattivi favur il-passiġġieri.

Minkejja li l-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi qed jibqa’ jinsisti li l-ALPA m’għandhomx raġun, l-Unjoni saħqet li huma m’humiex se jiġu intimidati mill-Air Malta. Dan anke minkejja l-fatt li l-airline fetħu każ il-Qorti biex jipprevedu milli l-piloti jieħdu azzjoni simili fil-futur.

Dan il-każ mistenni li jinstema fil-Qorti nhar il-Ġimgħa li ġej, bl-azzjoni tibqa’ wieqfa temporanjament sakemm tittieħed deċiżjoni dwar din il-kwistjoni.