-Ivan Bartolo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li l-liġi dwar il-kirjiet residenzjali ma toffri l-ebda inċentiv għal dawk bi dħul baxx u limitat.
Fil-parlament Ivan Bartolo qal l-fqar qed jibqgħu fil-ġenb u sostna li l-kirjiet għoljin qed iħallu effetti negattivi fuq l-ifqar fost il-fqar. Qatt daqs illum m’hawn kriżi ta’ familji fejn anki hawn persuni li jgħixu fil-karozzi.
Hawn diffikultajiet għall-persuni li jkunu ħarġu mis-shelter home jew ikunu spiċċaw il-programmi ta’ riabilitazzjoni. Dan hu l-aqwa żmien għall-iżgumbrament. Din il-liġi għandha tagħti serħan il-moħħ lil dik il-mara u anzjana li jinsabu f’diffikultajiet biex jgħixu.
Ivan Bartolo semma’ d-diffikulajiet li qed jgħaddu minnhom it-tfal li jispiċċaw jiġru minn post għall-ieħor.
Hu qal li l-aktar familji diżappuntati huma dawk li jkollhom imorru lura fil-problema u sostna li din ir-riforma ma tipprovdi l-ebda inċentiv li dawk li d-dħul tagħhom hu minimu u limitat.
Din il-liġi hi biss il-bidu u wħud mill-proposti diġà kienu fil-programm elettorali tal-PN fl-2017. Mhux l-ispirtu tal-liġi li jkun hemm kundanni. Il-gvern m’għadux kollu l-intenzjoni li jgħakkes liż-żgħir li ma jkunx jista’ jħallas.
Dwar il-krijiet ta’ mhux inqas minn sena, Ivan Bartolo qal li fil-Ġermanja hemm kontroll fuq il-kirjiet biex ikun diffiċli. Hu staqsa għaliex il-pajjiż għandu jimita lil min jinteressah il-profitt milli l-ġid komuni. Jeħtieġ kompromess biex jekk il-kuntratt ikun ta’ iktar minn ħames snin, is-sid jitla’ għal 8% u ma jkunx marbut għal 5% biex ikun hemm inċentiv għall-kirjiet fit-tul.
Ivan Bartolo kompla li l-liġi għandha tkun favur il-familji u favur kirjiet fit-tul. Jeħtieġ ikun hemm salvagwardji biex ikunu evitati tbatijiet u moħqrija. L-indiċi tal-kirja għandha iddur mad-data li tapplika l-figuri tal-NSO.
Il-gvern għandu jkollu l-kuraġġ jintervjeni u ma jħallix is-suq isuq. Għandha tinħoloq il-ġustizzja soċjali biex ikunu evitati d-diżgrazzji biex l-inkwilini jkollhom rashom mistrieħa li huma jridu jinfurzaw responsabbiltà soċjali. Hemm min qed jgħix fi kriżi gravi u allarmanti.
Ivan Bartolo qara diversi ittri ta’ persuni li għandhom problemi kbar ta’ akkomodazzjoni; liema familji qed jgħixu f’sitwazzjonijiet diffiċli ħafna f’kundizzjonijiet allarmanti. Id-deputat Nazzjonalista tkellem favur id-difiża tal-familji minn kuntratti sfrenati u qosra minn derħan il-moħħ li għandu jkollha l-familja.
//= $special ?>