– Ivan Bartolo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li k-edukaturi jistħoqqilhom l-aqwa u l-aħjar.
Fil-parlament Ivan Bartolo sellem lil Sor Edmondina għall-kontribut li tat fl-edukazzjoni u sellem lill-edukaturi kollha li issa waslu għall-vaganzi li tant jisħoqqilhom. Stħarriġ tal-MUT fil-bidu tas-sena li fih ħadu sehem 138 għalliema fejn irriżulta li 87.4% stqarrew li kienu vittmi ta’ aġir abbużiv fl-iskejjel. Il-professjoni ta’ għalliem tirrikjedi ħafna sagrifiċċji u mingħajrhom jikkrolla kollox. Dawn huma l-eroj tas-soċjetà u s-soċjetà għandha tirrikonoxxi dan ir-rispett li issa naqas lejn l-għalliema.
Ivan Bartolo kompla li dan hu rigress f’kull settur tas-soċjetà anki lejn il-ġenituri u lejn il-pulizija, sindki, kunsilli lokali, politiċi u gwardjani lokali. Hu tkellem dwar l-importanza tal-edukazzjoni fil-familji biex it-tfal jingħataw l-edukazzjoni meħtieġa.
//= $special ?>