Wara l-eliminazzjoni tal-Arġentina għas-spejjeż tal-Brażil, l-istilla Arġentina Lionel Messi esprima ruħu bl-aktar mod ċar wara l-logħba. Messi ħass li numru ta’ deċiżjonijiet marru pajjiżu u semma eżempju kif wara li pprotestaw għal penalty, fl-azzjoni sussegwenti spiċċa wasal it-tieni gowl tal-Brażil.
“Ma kinux aħjar minnha. Huma sabu x-xibka kmieni u t-tieni gowl wasal minn penalty li ma ngħatax. Il-kontroll kien tal-imġienen. Kien hemm penalties ċari fuq Otamendi u Kun (Sergio Aguero).”
Messi kompla li r-referee kien fuq in-naħa tal-Brażiljani u żied li f’kull sitwazzjoni mhix ċara, ir-referee ddeċieda kontra tagħhom. “Mhix skuża imma l-verità hi li f’din l-edizzjoni, baqgħu jsaffru għal affarijiet stupidi, għal handballs u penalties. Imma lanqas ma marru għall-VAR meta kien hemm sitwazzjonijiet ċari li kellhom iħarsu lejhom,” saħaq Messi.
//= $special ?>