Lokali

Nirien jaħkmu appartament fil-Munxar

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew msejħa fil-Munxar, Għawdex hekk kif xi nirien ħakmu residenza.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-16.40 fi Triq Ras il-Bajjada, hekk kif għal xi raġuni mhux magħrufa l-fjammi belgħu residenza. Numru ta’ vetturi tat-tifi tan-nar issejhu fuq il-post sabiex ikkontrollaw in-nirien.

Filwaqt li għadu mhux magħruf x’kebbes il-fjammi – fortunatament jidher li ma ndarab ħadd fl-inċident.