Lokali

AĠĠORNATA: Petizzjoni miġbura minn 4,330 tesserat u 530 kunsillier tal-PN

Illum jitlaqqa' l-Eżekuttiv tal-PN

Preżentata petizzjoni miġbura mill-kunsillieri u l-partitarji tal-Partit Nazzjonalista – petizzjoni li ġiet preżentata minn numru ta’ partitarji quddiem id-Dar Ċentrali tal-PN.

B’kollox ġew miġbura 4,330 firma mit-tesserati u 530 firma mill-kunsillieri.

Fil-messaġġ li wasslu, il-partitarji qalu li l-petizzjoni qed titlob li tinġarr responsabbilta’ kollettiva ta’ kulħadd għar-riżultati elettorali. U minflok riżenji, qed jappellaw sabiex il-PN jiġbed aktar nies lura.

Il-petizzjoni tappella wkoll għal aktar għaqda, u diskussjoni matura fi ħdan il-PN.

Intant, illejla se jkun qed jitlaqqa’ l-Eżekuttiv tal-PN li se jiddiskuti l-petizzjoni tal-ġimgħa li għaddiet. Ilejla wkoll il-Kumitat Eżekuttiv irid jeleġġi l-President tal-Kunsill Amministrattiv tal-PN, it-Teżorier u l-President tal-istess Eżekuttiv.

Il-Petizzjonijiet jgħaddu għall-verifiki – PN

Sadanittant, fi stqarrija maħruġa dalgħodu, il-Partit Nazzjonalista ikkonferma li l-President tal-Kunsill Ġenerali irċeviet il-petizzjonijiet u wara li jsiru l-verifiki neċessarji l-President tal-Kunsill Generali se tkun qegħda skont Artikolu 31 tal-Istatut tal-Partit Nazzjonalista tgħaddi din it-talba ta’ dawn il-membri tal-Kunsill Generali kif ukoll tat-tesserati lill-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.