Biża’ kbira fi Stromboli hekk kif eruzzjoni qawwija tal-vulkan ħasdet lill-gżira li f’dawn iż-żminijiet tkun imballata bit-turisti. Kawża tal-isplużjoni qawwija għexieren ta’ ġmamar tal-lava nxterdu maz-zona fejn sussegwentament ikkawżaw numru ta’ nirien madwar il-gżira Taljana, b’mod speċjali fl-inħawi ta’ Ginostra.
Sforz il-biża’ ġie rrapportat li numru ta’ turisti qabżu fil-baħar filwaqt li oħrajn inqaflu fi djarhom. Intant, dħaħen qawwija ksew is-sema wara li ħarġu mill-bokka tal-vulkan.
S’issa ġiet konfermata l-mewt ta’ persuna li tilef ħajtu fl-ewwel splużjoni. Bis-Sindku ta’ Lipari jgħid li katavru ġie lokalizzat waqt li għaddejja ħidma sabiex jiġu salvati żewġ persuni oħra.
Filwaqt li l-esperti saħqu li m’hemmx lok ta’ paniku dwar attività ta’ tsunami jista’ jagħti l-każ li ċċedi parti mill-vulkan għal baħar bil-konsegwenza li jseħħ maremot. Huma saħqu wkoll li ġeneralment il-vulkan ta’ Stromboli jkollu attività qawwija bejn 4 u 5 snin madanakollu kien ilu ma jagħmel eruzzjoni daqshekk qawwija sa mill-2009.
//= $special ?>