Futbol Sport

Tottenham jakkwistaw lil Ndombele għal somma rekord tal-klabb

(Ritratt: Tottenham Hotspur)

Tottenham iffirmaw lill-midfielder Franċiż Tanguy Ndombele mingħand Olympique Lyon għal €60 miljun li hu rekord tal-klabb. Il-plejer ta’ 22 sena ffirma kuntratt sal-2025, bit-trasferiment jista’ jitla’ għal €70 miljun. Ndombele kien ingħaqad ma’ Olympique Lyon fl-2017 u għenhom jispiċċaw it-tielet fil-Ligue 1. Hu lagħab 96 logħba mal-klabb kif ukoll sitt logħbiet mat-tim nazzjonali Franċiż.

Il-midfielder hu t-tieni akkwist ta’ Tottenham f’dan is-sajf wara l-akkwist ta’ Jack Clarke mingħand Leeds United li reġa’ ntbagħat b’self mal-istess Leeds. Il-winger kien l-ewwel akkwist ta’ Tottenham minn meta kienu akkwistaw lill-Brażiljan Lucas Moura mingħand Paris Saint-Germain f’Jannar tal-2018.