Lokali

Żagħżugħ iweġġa’ gravi wara inċident bir-rota

Żagħżugħ ta’ 17-il sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident bir-rota tiegħu. L-inċidenti seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-għaxra u kwart fi Triq Santa Tereża, Bormla.

Jidher li ż-żagħżugħ residenti Ħaż-Żabbar, kien qiegħed isuq rota meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u ħabat ma’ bollard. Kawża tal-impatt, iż-żagħżugħ sofra xi ġrieħi u għaldaqstant issejħet ambulanza li ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.