Lokali

Żewġ anniversarji importanti għall-Mellieħa

Sena speċjali għal-lokalità tal-Mellieħa hekk kif din is-sena qed jiċċelebraw żewġ anniversarji – 300 sena minn meta nbena l-ark li jgħati għal bitħa tas-Santwarju tal-Madonna, u 120 sena mill-Inkurunazzjoni tal-Madonna tal-Mellieħa.

Bħalissa l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina tinsab għaddejja bi preparazzjonijiet biex jiċċelebraw dan il-jum b’kunċert li se jkun qed jittella l-Gimgha. Il-President tal-Għaqda, Joseph Debono, kellimna dwar il-preparazzjonijiet li saru.

Il-preparazzjonijiet għal dan l-avveniment ħadu diversi ġimgħat. U wieħed minn dawk li kellu rwol prinċipal huwa David Muscat, li kiteb l-iscript.

F’dawn l-aħħar jiem is-Surmast Michael Bonanno ħadem bla waqfien flimkien mal-bandisti biex itellgħu kunċert mill-isbaħ.

Lura fl-1719, il-Mellieħa kienet affetwata minn nuqqas ta’ xita u b’hekk kien sar pellegrinaġġ bħala wieghda. Jingħad li wara dan il-pellgrinaġġ bdiet nieżla x-xita u bħala ringrazzjament inbena l-ark.

Minn naħa l-oħra, l-Inkurunazzjoni tal-Madonna tal-Mellieħa għandha marbuta magħha leġġenda li tgħid li meta San Pawl wasal Malta ma’ San Luqa, dan tal-ahhar pitter il-kwadru tal-Madonna tal-Mellieħa.