Sport Sport Ieħor

Tliet klabbs se jikkompetu fir-regatta taż-żgħażagħ nhar is-Sibt

Il-Kottonera qed tkompli tikkonferma kemm għandha għal qalbha l-isport tar-regatta meta s-Sibt li ġej fl-4.30 p.m. fil-bajja tar-rinella l-Kalkara, tkun qed issir ir-regatta annwali taż-żgħażagħ.

Ghal din ir-regatta ser jikkompetu tliet klabbs li huma Bormla, l-Isla w il-Kalkara.  F’din ir-regatta jkunu jistghu jieħdu sehem zgħaħagħ min tmintax -il sena l-isfel. Din is-sena se jikkompeti qaddief  ta’ età tenera, dik ta’ tnax -il sena. L-iżgħar qaddief li kkompeta f’dan il-logħob.

Uħud min dawn il-qaddiefa huma ġodda għal dan l-isport, pero hemm oħrajn li diġa ħadu sehem anke fil-kategorija B,  kemm f’Marzu kif ukoll f’Settembru u oħrajn li meta kienu iżgħar kienu jkunu tmuniera tal-frejgatini waqt ir-regatta nazzjonali.  Se jkun hemm ħames tiġrijiet kif isir dejjem u wara l-aħħar tiġrija ssir il-preżentazzjoni tal-midalji lill-qaddiefa kif ukoll it-tazzi w ix shield lill-klabb rebbieħ.