Lokali

Adrian Delia jsejjaħ hu Kunsill Ġenerali taħt Artiklu 30 tal-Istatut

Francis Zammit Dimech se jkun iċ-chairperson li se jmexxi dan il-proċess

Il-Kap tal-PN sejjaħ Kunsill Ġenerali straordinarju sabiex fih issir diskussjoni miftuħa dwar it-triq ‘il quddiem għall-Partit Nazzjonalista.

Dan ħareġ mil-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-PN illi saret fid-Dar Ċentrali, fejn ġiet diskussa l-petizzjoni li tressqet minn numru ta’ kunsillieri l-ġimgħa li għaddiet.

Adrian Delia spjega li qed isejjaħ dan il-Kunsill Ġenerali hu għall-ġid tal-partit.

Il-Kunsill Ġenerali qed jissejjaħ taħt Artiklu 30. Dan ifisser li l-Kunsill Ġenerali qed ikun imsejjaħ mill-Kap tal-PN innifsu.

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-PN għażel lil Francis Zammit Dimech bħala chairperson li se jmexxi dan il-proċess.

Il-Kunsill Ġenerali Straordinarju se jsir fis-27 ta’ Lulju.

Il-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-PN