Sport Sport Ieħor

Djokovic javvanza għat-tielet rawnd f’Wimbledon u Wawrinka eliminat

(Ritratt: EPA)

Is-sid numru wieħed tad-dinja Novak Djokovic għadda għat-tielet rawnd ta’ Wimbledon. Is-Serb ta’ 32 sena kellu bżpnn biss siegħa u 33 minuta biex rebħet 6-3, 6-2, 6-2 kontra l-Amerikan Denis Kudla.

Djokovic li qed ifittex il-ħames suċċess f’dan il-Grand Slam, riċentament żied lil Goran Ivanisevic fit-tim u lagħab livell għoli tul il-konfront. Fir-rawnd li jmiss jilgħab kontra Hubert Hurkacz.

Tispikka wkoll l-eliminazzjoni ta’ Stanislav Wawrinka li tilef kontra Reilly Opelka. L-Amerikan li hu twil kważi seba’ piedi, spikka bis-service b’saħħtu u rebaħ konfront ta’ tliet sigħat 7-5, 2-6, 4-6, 6-4, 8-6. Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena jilgħab kontra l-Kanadiż Milos Raonic li ġej minn rebħa kontra Robin Haase 7-6, 7-5, 7-6.

Is-sid numru erbgħa u finalist tas-sena l-oħra Kevin Anderson avvanza b’rebħa ta’ 6-4, 6-7, 6-1, 6-4 fuq Janko Tipsarevic. Ir-Russu Karen Khachanov għeleb lil Feliciano Lopez 4-6, 6-4, 7-5, 6-4 biex għadda għat-tielet rawnd għat-tielet sena konsekuttiva. Ir-Russu l-ieħor Daniil Medvedev rebaħ kontra Alexei Popyrin 6-7, 6-1, 6-4, 6-4.