Lokali

EŻEKUTTIV PN: Illejla mistennija tiġi mressqa proposta mill-Kap tal-PN

Hekk kif illejla fid-Dar Ċentrali tal-PN jitlaqqa’ l-Kumitat Eżekuttiv tal-PN, huwa mistenni li l-Kap tal-PN Adrian Delia jippreżenta proposta għad-diskussjoni – proposta li diġa’ issemmiet fl-Aġenda li tqassmet lill-membri tal-Eżekuttiv.

Net News jinsab f’pożizzjoni illi jiżvela li din il-proposta tinkludi l-pjan li għandu Adrian Delia għat-triq ‘il quddiem għall-PN.

Ilbieraħ, numru kbir ta’ tesserati u anke membri tal-Kunsill Ġenerali ressqu petizzjoni sabiex il-PN jibbaża t-triq ‘il quddiem fuq diskussjoni miftuħa. Dan apparti li kull tip ta’ responsabbilta’ għandha tinġarr b’mod kollettiv minn kulħadd.

Il-laqgħa tal-Eżekuttiv kellha tibda għall-ħabta tas-6:30pm.