Il-ġurnal Times of Malta ppubblika fake news biex jiddevja l-attenzjoni minn fuq fatti veri. “Il-verita’ qisha m’għadiex tiswa’, l-anqas għal dawk li suppost jipproteġuha”.
Hekk stqarr is-Segretarju Ġenerali tal-PN Clyde Puli wara li llum il-ġurnalista Ivan Camilleri ippubblika storja fejn allega li Puli mhux se jerġa’ jikkontesta għal Segretarju Ġenerali.
Puli stqarr li dan il-ġurnalist reġa’ gideb fuqu biex ħeba storja fattwali dwar eluf ta’ firem favur Adrian Delia, tefa’ spotlight fuq storja ivvintata biex jiddevja l-atttenzjoni.
“Imkien m’għidtlu li mhux se nikkontesta. Dik fajjarha hu. Għidtlu wkoll li m’hiniex se nċedi għall-ispin, l-gideb u l-assasinju tal-karattru”, sostna s-Segretarju Ġenerali tal-PN.
Hu insista li f’dan iż-żmien diffiċli mhux se jkun hu li jħalli l-PN waħdu.
//= $special ?>