Iljieli Melleħin 2019 jibdew bil-kbir il-Ġimgħa, 26 ta’ Lulju 2019 fit-8.00 ta’ filgħaxija bil- musical oriġinali ‘Naħal tal-Imħabba’ li ser jittella’ f’Misraħ il-Parroċċa. Il-musical ‘Naħal tal- Imħabba’ għandu kompożizzjoni ta’ Philip Vella, lirika ta’ Paul P. Borg, arranġamenti mużikali ta’ Sean Vella u direzzjoni ta’ Giovann Attard.
Jieħdu sehem fost oħrajn Dario Bezzina, Miriam Christine Borg, Annabelle Vella, Mary Ann Muscat, Gaetano Sultana, Anna Camilleri, Alexia Farrugia, Thea Gauci, Mireille Borg, Samantha Magro, Maria Cini u Artemocion Dance& Leisure Studio. Filmati tas-Sur Jamie Vella. Kulħadd mistieden u d-dħul huwa b’xejn.
Iljieli Melleħin 2019 ikomplu is-Sibt, 27 ta’ Lulju 2019 mis-6.30 ta’ filgħaxija ‘l quddiem: Fi Triq Gorg Borg Olivier bil-parata spettakolari bit-tema ‘Il-Karnival’ bis-sehem ta’ għaxar kumpaniji taż-żfin u l-parteċipazzjoni ta’ Big Friends Guggen Musik Band.
F’Misraħ il-Parroċċa ser tittella’ wirja mill-Jokers Malta Club u wara jsegwi bbq organizzat mill-Għaqda tan-Nar Maria Bambina għal kull min jixtieq igawdi l-ispettaklu minn bilqiegħda waqt li jduq l-ikel ippreparat apposta għall-okkażjoni.
L-ispettaklu jikkonsisti minn wirja ta’ talenti minn Artemocion Dance and Leisure Studio, il-kantant lokali Mark Anthony Bartolo ukunċert live ‘Those were the Days’ minn Paul Abela Band. L-aqwa diski mis-snin 60 u 70 bil-
parteċipazzjoni tal-kantanti Jasmin, Roger Tirazona, Nadine Axisa u Lawrence Gray.Isegwi kunċert live minn Freddie Portelli .
F’Misraħ iż-Żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II mis-7.00 ta’ filgħaxija ‘l quddiem programm divertenti u animazzjoni għat-tfal.Fi Triq Sant’Anna mis-7.30 ta’ filgħaxija ‘l quddiem mużika tradizzjoni minn Benny u Tonya. Fil-Bitħa tas-Santwarju mis-7.00 ta’ filgħaxija ‘l quddiem wirja ta’ arti u artiġjanat lokali umit-8.30 ta’ filgħaxija ’l quddiem mużika jazz live minn Groove.
Fit-Taraġ fi Triq it-Tonn mis-7.30 ta’ filgħaxija ‘l quddiem divertiment b’risq Noah’s ArtAnimal Sanctuary. Fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna tal-Mellieħa fit-8.00 ta’ filgħaxija kunċert vokali mill-Kor tal-Għaqda Mużikali Imperial.
Servizz ta’ Park and Ride b’xejn mis-7.30 ta’ filgħaxija ‘l quddiem minn fejn kien hemm il-Kumpless Belleview.
Iljieli Melleħin 2019 ikomplu l-Ħadd 28 ta’ Lulju 2019 mis-7.30 ta’ filgħaxija ‘l quddiem: F’Misraħ iż-Żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II programm u animazzjoni għat-tfal bil-parteċipazzjoni tal-Mellieħa Scout Group u fit-8.00 ta’ filgħaxija mużika tradizzjonali minn Ta’ Verna Folk Group.Fil-Bitħa tas-Santwarju wirja ta’ arti u artiġjanat lokali.F’Misraħ il-Parroċċa wirja ta’ karozzi vintage bis-sehem ta’ Ford Owners Club Malta.
Isegwu wirja ta’ talenti minn Artemocion Dance and Leisure Studio, il-kantanti lokali Thea Gauci akkumpanjata minn Steve Galea, kunċert mużikali mill-grupp żagħżugħ Lighthouse Band, il-kantanta lokali Emma Cutajar u kunċert spettakolari ‘Rock Meets Pop’ minn Spiteri Lucas Band bil-parteċipazzjoni tal-kantanti Laura Bruno, Mark Tonna, Ludvig Galea u Chiara akkumpanjati minn Dancel Team Dancers.
Għeluq bil-kbir b’wirja mużiko-piroteknika mill-Għaqda tan-Nar Maria Bambina, Mellieħa.
Għall-iktar informazzjoni u għall-programm dettaljat tistgħu żżuru s-sit
www.mellieha.gov.mt jew il-paġna ta’ Facebook https://www.facebook.com/melliehalocalcouncil