Għall-ħabta tal-16.15, karozza tal-linja ħadet in-nar fi Pjazza Emmanuel Tonna, viċin il-Knisja ta’ Sarria fil-Furjana.
Mill-informazzjoni li għandu dan is-sit jidher li l-karozza kienet qed tagħmel il-vjaġġ tagħha meta beda ħiereġ duħħan li mhux konfermat li kien mill-magna. Ix-xufier immedjatament niżżel il-passiġġieri mill-karozza tal-linja u beda jipprova jitfi in-nirien permezz ta’ fire extinguisher.
Fil-post waslu żewġ fire engines flimkien mal-pumpiera li tfew in-nirien kompletament.
//= $special ?>