Uffiċjali tad-Dwana qabdu madwar 22,000 sigarett minn garaxx fil-Fgura, liema sigaretti ddaħħlu f’Malta bil-kutrabandu.
Uffiċjali mit-Taqsima tal-Infurzar u mid-Direttorat tas-Sisa sabu dawn is-sigaretti waqt eżerċizzju ta’ tfittxija għal prodotti tal-kuntrabandu.
Dawn is- sigaretti kienu qiegħdin jiġu offruti għall-bejgħ f’bar fil-Ħamrun mingħajr ma kienu mmarkati bl-istrixxa tas-Sisa. Il-marka tas-sigaretti li nqabdu mhumiex legali li jinbieghu f’ Malta. B’kollox, id-Dwana elevat 21,620 sigarett.
L-ammont huwa stmat li jiswa f’ termini ta’ dazju tas-sisa u VAT, ‘il fuq min €5,000.
//= $special ?>
