Ewropa Internazzjonali

FILMAT: Nawfraġju fl-ibħra ‘l barra mit-Tuneżija

Immigrant mejjet u madwar 80 oħra nieqsa

Matul il-ġurnata tal-Erbgħa seħħ nawfraġju fl-ibħra ‘l barra mill-kosta Tuneżina ta’ Zarzis li fiha, immigrant tilef ħajtu filwaqt li madwar 80 immigrant ieħor jinsabu nieqsa. Dawn kienu abbord dinghy li oriġinarjament telqu mill-kosta Libjana

Din l-istorja tħabbret fuq Twitter mill-NGO Alarm Phone, meta kienet qed tikkwota l-attivist u voluntier tat-Tunisian Red Cresent, Chamseddine Marzoug. Skont l-istess attivist, jidher li “3 minn nies salvaw”, filwaqt li immigrant mill-Kosta tal-Ivorju miet ftit wara li wasal l-isptar.

Bħalissa għaddejja operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ mill-awtoritajiet Tuneżini flimkien ma’ xi bastimenti tas-sajd u numru ta’ NGOs.