Bħala parti mill-impenn ta’ Prohealth għall-eċċellenza, il-ħarsien tal-ambjent kien identifikat wieħed mill-pilastru ewlenin tal-inizjattivi ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva tal-Prohealth.
Il-baħar minn dejjem kellu rwol ċentrali fl-istorja tal-gżejjer tagħna. Għalhekk, kienet naturali għal Prohealth li jaħdmu biex iħarsu l-baħar ta’ madwarna, li hu daqstant ‘Malti’, billi jinvestu f’Seabin,flimkien mal-għaqda ambjentali volontarja Żibel, Strand Marine, u l-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan.
L-għan tal-kumpanija hu li jagħtu sehemhom fit-tnaqqis tal-biċċiet żgħar tal-plastik fil-Bajja ta’ Spinola, u li joħolqu kuxjenza akbar f’żewġ livelli: biex nużaw u narmu l-materjali tal-plastik b’mod responsabbli, u biex iħeġġu organizzazzjonijiet oħrajn jieħdu inizjattivi ambjentali simili.
Dan is-Seabin jista’ jiffiltra 25,000 litru ilma fis-siegħa u jiġbor madwar kilo u nofs skart minn wiċċ l-ilma baħar, inklużi l-mikroplastiks.
B’sodisfazzjon Prohealth qed iħabbru li s-SeaBin® tagħhom se jkun l-ewwel wieħed f’Malta li jaħdem bl-enerġija solari, u għalhekk b’din l-inizjattiva qed jitnaqqas wkoll l-impatt tal-karbonju.
Prohealth hija waħda mill-kumpaniji ewlenin fis-suq lokali tal-prodotti farmaċewtiċi u dermokożmetiċi, u qed tistabbilixxi ruħha wkoll fil-qasam tal-apparat mediku.
//= $special ?>