Futbol Sport

Sorprendentement faċli għal Peru kontra ċ-Cili

PORTO ALEGRE, BRAZIL - JULY 03: Players of Peru celebrate after winning the Copa America Brazil 2019 Semi Final match between Chile and Peru at Arena do Gremio on July 03, 2019 in Porto Alegre, Brazil. (Photo by Alessandra Cabral/Getty Images)

Il-Perù b’sorpriża mhux biss għaddew għall-finali tal-Copa America iżda għelbu liċ-Ċili bl-iskor ta’ 3-0. Peru mill-ewwel urew l-intenzjonijiet tagħhom peress li skorjaw żewġ gowls fl-ewwel taqsima. Fil-21 minuta kien Flores fetaħ l-iskor għall-Peruvjani, b’Yotun jirdoppja fit-38 minuta.

Eżatt mal-ftuħ tat-tieni taqsima ċ-Ċili fallew ċans li jidħlu lura fil-partita meta ngħataw penalty, imma mill-11-il metru Vargas falla. Minkejja li ċ-Ċili tefgħu kollox fuq l-attakk u ħolqu xi okkażjonijiet biex isibu x-xibka, ma rnexxilhomx, anzi, kienu l-Perù li għalqu l-partita mal-ewwel minuta fuq il-ħin regolamentari permezz ta’ Guerrero.

Il-ġurnata minn filgħodu turik u mill-ħażin marret għall-agħar b’mod speċjali għal Vargas li reġa’ kellu ċans ieħor li  jiskorja l-gowl ta’ konsolazzjoni, meta fir-raba’ minuta fuq il-ħin regolamentari ċ-Ċili ngħataw penalty ieħor b’deċiżjoni bil-VAR, imma għal darb’oħra l-plejer Ċilen falla, bir-riżultat finali jibqa’ ta’ 3-0.

Il-Perù issa jiltaqgħu fil-finali tal-Copa America kontra l-Brażil nhar il-Ħadd li ġej, logħba li tibda fl-10.00 p.m. (ħin ta’ Malta). Il-Perù ilhom ma jirbħu din il-kompetizzjoni sa mill-1975, filwaqt li l-Brażil rebħu din it-tazza għall-aħħar darba 12-il sena ilu, fl-2007.